Ċikliżmu
Ċikliżmu: Egan Bernal jirbaħ it-tellieqa minn Pariġi sa Nizza

Egan Bernal ta’ Team Sky irnexxielu jirbaħ it-tellieqa minn Pariġi sa Nizza wara li fi tmiem il-ġimgħa spiċċa fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali. Huwa kellu sfida qawwija mill-kompatrijott tiegħu Nairo Quintana, imma rnexxielu jżomm sod sabiex rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena. L-aħħar stadju ta’ din it-tellieqa kien mirbuħ mill-Ispanjol Ion Izagirre.

Bernal, li pjuttost kien ċiklist sorpriża f’din it-tellieqa, irnexxielu jirbaħ b’39 sekonda vantaġġ quddiem Quintana fl-aħħar ġurnata madwar Nizza. Fuq distanza ta’ 110 kilometri, il-Kolombjan ta’ 22 sena kien fl-aħjar tiegħu u allura seta’ jserraħ rasu mir-rebħ ta’ din l-edizzjoni, fejn anke fit-tielet post spiċċa ċiklist ta’ Team Sky, il-Pollakk Michal Kwaitkowski. B’hekk, Team Sky rebħu sitta mill-aħħar tmien edizzjonijiet tat-tellieqa magħrufa bħala “Tellieqa għax-Xemx.”

Egan Bernal beda jikseb ċertu popolarità wara li s-sena li għaddiet għen ħafna lil Chris Froome u Geraint Thomas fit-Tour de France, imma issa, għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, huwa ser ikun il-leader tat-tim fil-Giro d’Italia ta’ din is-sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Ċikliżmu: Marie Claire Aquilina żammet l-ewwel post overall fil-kategorija tan-Nisa fl-edizzjoni ta’ dis-sena ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta minkejja li daħlet biss ir-raba’ fit-tieni tappa llum. It-tellieqa tan-nisa ntrebħet…

Ċikliżmu

L-edizzjoni 2019 ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta ngħatat bidu dalgħodu bit-Time Trial individwali fuq rotta ta’ 12-il kilometru fil-bypass tal-Imtarfa. Temp xemxi laqa’ lill-aktar minn mitt ċiklist li ħadu…

Ċikliżmu

Il-25 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta bl-isponsor ewlieni ta’ The Cyclist, ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2019, fejn huwa mistenni numru rekord…

Aktar