Ċikliżmu
Ċikliżmu: Egan Bernal jirtira mit-Tour de France

Iċ-champion renjanti tat-Tour De France, Egan Bernal, irtira mill-edizzjoni ta’ din is-sena qabel ma llum beda is-17-il stadju.

L-aħbar ikkonfermawha t-tim tiegħu Ineos Grenadiers.

It-tamiet ta’ Bernal li jżomm it-titlu taru mar-riħ fil-15-il stadju ta’ Saint-Nizier wara li ħass uġigħ f’daru.

Bernal qal li l-uġigħ li għandu f’daru hu kawża ta’ wġiegħ li kellu diġà f’irkoptu.

Iċ-ċiklist Kolombjan kien irtira wkoll mill-Criterium du Dauphine minħabba l-istess problema.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tadej Pogacar huwa r-rebbieħ tal-107 edizzjoni tat-Tour De France li ntemmet illum. Minkejja li ma spiċċax mal-ewwel postijiet, Pogacar kellu sekondi vantaġġ biżżejjed biex baqa jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall….

Ċikliżmu: Tour de France, Illum saret it-tappa ta’ qabel tal-aħħar li kienet time trial individwali fuq distanza ta’ 36 kilometru li saret f’La Planche des Belles Filles. Ir-rebbieħ ta’ din…

Id-Daniż Soren Kragh Andersen rebaħ id-19-il stadju tat-Tour De France tal-lum. Dan kien it-tieni stadju li rebaħ Andersen fl-edizzjoni ta’ din is-sena. L-istadju tal-lum telaq minn Bourg en Bresse u…

Miguel Angel Lopez rebaħ is-17-il stadju tat-Tour De France li sar illum. Lopez kellu sfida qawwija minn Richard Carapaz iżda dan ċeda lejn l-aħħar u nqabeż minn diversi ċiklisti. L-isfida…

Aktar