Ċikliżmu
Ċikliżmu: Etienne Bonello u Michelle Vella Wood jirbħu l-kampjonat nazzjonali

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali.

Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella Wood li spiċċat ic-champion tal-kategorija tan-nisa.

Din is-sena 2020, minħabba l-problemi li ħolqot il-Pandemija u biex titħares saħħiet iċ-ċiklisti u l-membri, dan il-kampjonat sar fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex b’hekk setgħu joħorġu c-champions nazzjonali.

It-tiġrija deċisiva tal-Kampjonat Time Trail saret ilbieraħ fl-Mrieħel fejn iċ-ċiklisti għamlu 8 dawriet għal distanza ta’ 23km. It-tluq sar b’intervall ta’ 1 minuta fejn iċ-ċiklisti kollha telqu waħedhom mingħajr ħadd ma żommhom.

Miktub minn...
TVM Sport