Ċikliżmu
Ċikliżmu fl-Awstralja: Trakk bit-tiben jaqla’ l-finish line u jagħmel ħerba sħiħa

Storja kurjuża li spiċċat f’farsa sħiħa hekk kif f’Adelaide, in-naħa t’isfel tal-Awstralja fejn kienet qed issir it-tellieqa Santos Tour, trakk mill-kbar bit-tiben qabad triq b’oħra bi żball u għadda mit-triq tal-istart u l-finish line tal-arja, bil-konsegwenza li ġibidha u ġarra miegħu ftit metri mhux ħażin tul it-triq kollha sakemm induna.

L-inċident inqabad bil-camera waqt li l-ġurnalista Sarah Hancock kienet qed tirraporta għall-istazzjon televiżiv ABC.

It-trakk waqaf fl-aħħar tat-triq u minn hemmhekk bdiet operazzjoni ta’ paniku biex il-line jerġa’ jitpoġġa f’postu fil-ħin għal tmiem it-tellieqa.

Kollox reġa’ f’postu fi ftit ħin biex it-tappa tat-tellieqa ntrebħet miċ-ċiklista Annette Edmondson.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Simon Yates rebaħ it-titlu tal-Vuelta ta’ Spanja biex l-Ingilterra għaqdet hat-trick ta’ rebbieħa mill-pajjiż tagħha fil-Grand Tours għall-2018. Yates, ta’ 26 sena, iddefenda l-vantaġġ ta’ minuta u 46 sekonda li…

Ċikliżmu

Iċ-champion Nazzjonali tal-Mountain Bike Maurice Formosa u ċ-ċiklist Patrick Scicluna taw prestazzjoni determinsnti fit-tielet edizzjoni tal-Etna Marathon Tour, tellieqa iebsa tal-mountain bike maqsuma fuq ħames stadji fit-terren iebes tal-Etna fi…

Ċikliżmu

Ben King tal-Istato Uniti rebaħ it-tieni tellieqa tiegħu fil-Vuelta ta’ Spanja fid-disa’ stadju tat-tellieqa filwaqt li l-Ingliż Simon Yates sar il-leader overall tal-klassifika li jfisser li bħalissa qed jilbes il-flokk…

Ċikliżmu

Uħud mill-aqwa mountain bikers Maltin se jieħdu sehem fil-Mount Etna Marathon Tour, tellieqa kkunsidrata bħala waħda mill-iktar iebsin fiċ-ċirkwit tal-Mountain bike, bejn l-4 u t-8 ta’ Settembru. L-Etna Marathon Tour…

Aktar