Ciklizmu
Ċikliżmu: Franċiż ta’ 106 snin jirtira mill-karriera

Robert Marchand, ċiklist Franċiż, irtira mill-karriera tiegħu fl-età imbierka ta’ 106 snin.

Id-deċiżjoni waslet sena wara li ta’ 105 snin kien irnexxielhu jwaqqaf rekord dinji billi jaqdef ir-rota għal aktar minn 14-il mil f’inqas minn siegħa.

Marchand saq ir-rota għall-aħħar darba dalgħodu fi trakka indoor ħdejn Pariġi u dan l-avveniment ġibed l-interess ta’ diversi partitarji u midja internazzjonali wara li x-xwejjaħ kien ilu jikkompeti fi tlielaq bir-rota għal aktar minn 90 sena.

Dan ma kienx l-uniku rekord li wettaq Marchand fil-karriera. L-ex fireman, ftit wara li kien għalaq 100 sena, sar l-aktar ċiklist veloċi li qatt qadef 100 kilometru u ta’ mija u sentejn, qadef 27 kilometru f’siegħa.

Marchand twieled fl-1911 fin-naħa ta’ fuq ta’ Franza u beda jsuq ir-rota meta kellu 14-il sena iżda kien beda jieħu ċ-ċikliżmu bis-serjetà ta’ 67 sena.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Ciklizmu

L-Olandiż Dylan Groenewegen jirbaħ is-seba’ stadju ta’ dan it-tour, l-itwal wieħed s’issa fuq distanza ta’ 231 kilometru. Dan is-sitt stadju telaq minn Fougeres u baqa’ sejjer sa Chartres, b’Groenewegen joħroġ…

Ciklizmu

L-atleta Fabio Spiteri, li is-sena l-oħra rrnexxilu jikseb it-titlu tad-Double Ironman, nhar is-27 ta’ Lulju ser jkun qed jieħu sehem fit-Triple Ultra Triathlon. Tellieqa li s’issa l-ebda triatleta Malti għadu…

Ciklizmu

L-Irlandiż Dan Martin rebaħ is-sitt stadju tat-Tour b’attakk qawwi li għamel fl-aħħar mumenti tat-tellieqa, fejn diversi ċiklisti oħra ħlew ħafna ħin. Iċ-ċiklist tat-tim UAE Emirates inqata’ minn mal-bqija fl-aħħar kilometri…

Ciklizmu

Il-Kampjonat tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fi tmiem tiegħu il-Ħadd li għadda 8 ta’ Lulju 2018 bit-tielet u l-aħħar tellieqa Tal-Maqluba, Żurrieq/Qrendi. Fil-kategorija Elite, Alexander Pettett ta’ Pro Action…

Aktar