Ċikliżmu – Froome stadju ‘l bogħod mir-rebħ tat-tieni Tour de France

Tour de France – Is-Sibt wara nofsinhar sar magħruf liċ-ċiklista ta’ Team Sky, il-Brittaniku Chris Froome se jkun qiegħed jirbaħ dan it-Tour għada l-Ħadd. Dan wara li rnexxielu jiddefendi l-ewwel post fil-klassifika wara l-istadju tal-lum, meta spiċċa minuta u għoxrin sekonda quddiem ir-rivali Nairo Quintana, li llum daħal fit-tieni post. Froome, li daħal fil-ħames post għamel biżżejjed sabiex iżomm il-flokk l-isfar wara dan l-istadju. Fit-tellieqa t’għada, Froome irid joqgħod biss attent li ma jkollux jirtira mit-tellieqa għal xi raġuni jew oħra, u b’hekk jirbaħ dan it-Tour u jsir l-ewwel Brittaniku li rebaħ dan it-Tour darbtejn, wara li diga’ kien ħareġ rebbieħġ fl-2013.

It-tellieqa t’għada hija magħrufa bħala l-‘purċissjoni’ f’Pariġi minħabba liċ-ċiklisti jaqdfu l-ħin kollu għall-wita. L-istadju tal-lum, dak ta’ qabel tal-aħħar kien mirbuħ mill-Franċiż Thibaut Pinot filwaqt li l-Ispanjol Alejandro Valverde spiċċa t-tielet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar