Motorsport
Ċikliżmu: Iċ-ċiklisti ‘jtellqu’ flimkien għall-memorja ta’ Fernando Civera

It-tielet stadju tat-tellieqa Titan Desert fil-Marokk bdiet b’mument ta’ silenzju wara li fit-tieni stadju seħħet il-mewt taċ-ċiklist Spanjol Fernando Civera. Skont is-CEO tat-Titan World Series, Juan Porcar, dan kien l-agħar inċident li seħħ lill;-organizzazzjoni f’14-il sena. F’dan it-tielet stadju ċ-ċiklisti ddeċidew li ‘jtellqu’ flimkien, u għamlu d-distanza ta’ 60 kilometru kollha f’daqqa bħala turija ta’ rispett għall-mewt ta’ Civera.

Jidher li għalkemm l-organizzazzjoni bagħtet ħelikopter mediku eżattament malli rċevew l-aħbar tal-inċident, xejn ma setgħu jagħmlu aktar sabiex isalvaw il-ħajja ta’ Civera.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA