Ċikliżmu
Ċikliżmu: Il-Ġermaniż Phil Bauhaus jirbaħ it-tielet stadju tas-Saudi Tour 2020

Il-Ġermaniż Phil Bauhaus ta’ Bahrain McLaren rebaħ it-tielet stadju tas-Saudi Tour 2020 f’ħin ta’ sagħtejn, 48 minuta u 27 sekonda.

L-istadju kien minn Riyadh sa Al Bujairi fl-Arabja Sawdija.

Il-Ġermaniż kellu sprint qawwija lejn l-aħħar 500 metru li ratu jmur quddiem u jżomm il-vantaġġ.

B’din ir-rebħa, Bauhaus telgħa bħala overall leader fil-klassifika, segwiet mill-Portugiż Rui Costa, li issa jinsab tliet sekondi bogħod mill-ewwel post.

Ir-raba’ stadju isir għada, b’distanza ta’ 137 kilometru minn Wadi Namar Park sal-univesità Al Mazuhumiya King Saugid.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Nacer Bouhanni ta’ Franza kellu sprint qawwija fl-aħħar tar-raba’ stadju tas-Saudi Tour biex ħa l-kmand tal-klassifika overall bi stadju wieħed li fadal x’jinsaq. Iċ-ċiklist ta’ Team Arkea-Samsic mar fuq quddiem…

Ċikliżmu

It-Taljan Niccolo Bonifazio rebaħ it-tieni stadju tas-Saudi Tour 2020 li sar f’Riyadh f’ħin ta’ erba’ sigħat, 32 minuta u 31 sekonda. Iċ-ċiklist ta’ Total Direct Eagle spiċċa fl-ewwel post qabel…

Ċikliżmu

Il-Portugiż Rui Costa rebaħ l-ewwel stadju tas-Saudi Tour tal-Emirati Għarab Magħquda li sar ilbieraħ u li kellu tul ta’ 105 mili. L-ewwel tappa kienet passaġġ minn qalb id-deżert ta’ Riyadh…

Ċikliżmu

Chris Froome ser jerġa’ jirritorna fit-tlielaq tar-roti wara li f’Ġunju li għadda kellu inċident ikrah waqt it-tellieqa tal-Criterium du Dauphin. Dakinhar Froome kellu inċident li wasslu sabiex kiser diversi partijiet…

Aktar