Ċikliżmu
Ċikliżmu: Il-Kolombjan Jarlinson Pantano sospiż erba’ snin minħabba doping

Iċ-ċiklist Kolombjan Jarlinson Pantano ġie sospiż erba’ snin wara minħabba doping.

Pantano kien sarlu dan it-test is-sena l-oħra.

Iċ-ċiklist ta’ 31 sena, li kien rebaħ stadju tat-Tour De France fl-2016, irtira f’Ġunju li għadda, xahrejn wara li kien sar it-test fuqu wara li għamel it-test EPO.

Id-deċiżjoni dwar Jarlinson ittieħdet mill-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu u tibqa’ tgħodd sa April tal-2023.

Fil-bidu, Jarlinson kien qal li hu innoċenti iżda ftit wara kien qal li tilef kull ħeġġa biex jiġġieled il-każ tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organiżaturi tat-Tour tad-Danimarka kkonfermaw li ħassru t-Tour ta’ din is-sena hekk kif il-Gvern Daniż naqas li jagħti direzzjoni fuq dan l-avveniment. Oriġinalment it-Tour kellu jsir bejn il- 11 u l-15…

Ċikliżmu

It-Tour tal-Ingilterra taċ-ċikliżmu ta’ din is-sena ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-COVID-19. It-tellieqa kienet pjanata li ssir bejn is-6 u t-13 ta’ Settembru iżda l-organizzaturi ddeċidew li għal din is-sena ma…

Ċikliżmu

Il-Giro D’Italia se jkun qed jibda fit-3 ta’ Ottubru li ġej filwaqt li l-Vuelta ta’ Spanja se jkun qed jibda eżatt wara fl-20 ta’ Ottubru. Din l-aħbar tawha l-Unjoni Internazzjonali…

Aktar