Ċikliżmu
Ċikliżmu: Imut l-ex ċiklist Franċiż Raymond Poulidor

Tħabbret il-mewt taċ-ċiklist Franċiż Raymond Poulidor, magħruf l-aktar għal kemm-il darba kien viċin li jirbaħ it-Tour De France u falla bi ftit anki jekk rebaħ seba’ stadji.

Poulidor kellu 83 sena u l-aqwa tiegħu fiċ-ċikliżmu kienu s-Snin 60.

‘Pou-Pou’, kif kien magħruf, kellu l-ikbar pika fi żmienu maċ-ċiklisti Jacques Anquetil u l-Belġjan Eddy Merckx.

Fuq l-istazzjon tar-radju RTL, Poulidor ġie meqjus bħala champion kbir, raġel kbir u ħabib kbir ta’ kulħadd.

Poulidor twieled fl-1936 fi Franza u beda l-karriera tiegħu professjonali fl-1959.

Fil-karriera ta’ 20 sena li kellu, hu rebaħ il-Vuela ta’ Spanja fl-1964 u l-Milan-Sanremo fl-1961, fost oħrajn.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Brittanika April Tacey rebħet it-tieni stadju tagħha fit-Tour de France virtwali li qiegħed isir bħalissa. Hija rebħet il-kategorija tan-nisa filwaqt li Freddy Ovett rebaħ il-kategorija tal-irġiel. Tacey, li għad għandha…

Ċikliżmu

L-erba’ darbiet champion tat-Tour De France, l-Ingliż Chris Froome ħabbar li se jkun qed iħalli lil Team Ineos fl-aħħar tal-istaġun. L-aħbar għamluha uffiċjali t-tim tiegħu stess. Froome rebaħ it-Tour De…

Ċikliżmu

L-ex rebbieħ tal-Giro D’Italia Nairo Quintana qal li ma ġralu xejn u ma weġġgħax serjament f’inċident li kien involut fih meta karozza baqgħet dieħla fuqu waqt li kien għaddej bit-taħriġ…

Ċikliżmu

Forsi qatt ma rebaħ stadju fir-realtà, imma Julien Bernard irnexxielu jirbaħ it-tieni stadju virtwali tat-Tour de France. F’finali missielta, iċ-ċiklisti tellqu kontra xulxin mill-kumdità ta’ djarhom, biex ikkompetew għal 29.5…

Aktar