Ċikliżmu
Ċikliżmu: Imut Mario Iriolo, ex Segretarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt ta’ Mario Iriolo, ex-Segretarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fl-għomor ta’ 68 sena.

Huwa kien attiv ħafna fil-kommunità Mostija fejn għamel ħafna ġid fosthom fl-istess Federazzjoni tagħna, f’għaqdiet tal-parroċċa Mostija, f’oqsma oħra sportivi, kif ukoll fil-qasam soċjali u membru attiv f’diversi gruppi u kummissjonijiet fil-parroċċa u fl-uffiċju parrokjali Mosti. Mario Riolo kien ingħata wkoll Ġieh il-Mosta fl-2018.

Il-funeral tiegħu ser issir għada l-Erbgħa 15 ta’ Jannar 2020 fil-Bażilka tal-Mosta fit-3.30pm.

TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Riolo.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Chris Froome ser jerġa’ jirritorna fit-tlielaq tar-roti wara li f’Ġunju li għadda kellu inċident ikrah waqt it-tellieqa tal-Criterium du Dauphin. Dakinhar Froome kellu inċident li wasslu sabiex kiser diversi partijiet…

Ċikliżmu

Caleb Ewan rebaħ it-tieni stadju tat-Tour Down Under bi sprint finali biex issa akkwista wkoll il-jersey il-kannella. It-tieni stadju kien karatterizzat minn inċident żewġ kilometri qabel it-tmiem li ħalla ftit…

Ċikliżmu

It-Trustmoore National Point Series, organiżżata mill- Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike, ingħatat bidu nhar il-Ħadd li għadda b’numru rekord ta’ parteċipanti li ħadu sehem f’diversi kategoriji, fosthom il-Klassi Novice, kategorija ġdida…

Ċikliżmu

Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Nicholas Dlamini sofra minn ksur f’idu wara argument li qam bejnu u bejn il-park rangers waqt li kien għaddej bir-rota mill-Park Nazzjonali Table Mountain. Stqarrija li ħarġu…

Aktar