Ċikliżmu
Ċikliżmu: Isir il-funeral ta’ Bjorn Lambrecht

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja.

Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour.

Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li ġarrew it-tebut taċ-ċiklist Belġjan.

Lambrecht kien ittieħed l-isptar wara l-inċident b’ħelikopter wara l-inċident li seħħ 60 mil minn tmiem it-tielet stadju li telaq minn Chorzow u kellu jispiċċa f’Zabrze.

Dan kien it-tieni staġun għal Lambrecht bħala ċiklisti professjonali.

Hu kien rebaħ l-unur tal-aktar ċiklist żagħżugħ promettenti fil-Criterium du Dauphine, f’Ġunju li għadda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Isloven Primoz Roglic rebaħ il-Vuelta a Espana 2019. Wara li l-Ħadd intemm il-21 stadju ta’ dan it-Tour, Roglic spiċċa fuq quddiem fil-klassifika ġenerali u sar l-ewwel Sloven li rebaħ Grand…

Aktar