Ċikliżmu
Ċikliżmu: It-Taljan Diego Ulissi jirbaħ it-13-il stadju tal-Giro D’Italia

It-Taljan Diego Ulissi rebaħ it-tmien tellieqa tal-karriera tiegħu fil-Giro D’Italia meta llum rebaħ it-13-il stadju li kellu tul ta’ 192 kilometru minn Cervia sa Monselice.

Iċ-ċiklist ta’ Team Emirates għadda lil Joao Almeida lejn l-aħħar tat-tappa.

L-Awstrijakk Patrick Konrad ta’ team Bora Hansgrohe daħal fit-tielet post.

Il-Franċiż Arnaud Demare, li rebaħ erba’ stadji fil-Ġiro D’Italia u li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika overall, ma żammx il-pass ma ta’ quddiem fit-tappa tal-lum u qatgħa lura fl-aħħar 18-il kilometru.

L-14-il tappa ta’ għada s-Sibt tkun minn Conegliano u Valdobbiadene.

Miktub minn...
TVM Sport