
L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18 ta’ Lulju, sitt ijiem qabel ma suppost ser issir it-tellieqa tal-Muntanja Fuji fl-Olimpjadi.
It-Tour de France suppost kellu jsir bejn it-2 ta’ Lulju u l-25 tal-istess xahar, imma minħabba li l-Olimpjadi ser jibdew fit-23 ta’ Lulju 2021, dan kien ifisser li ċ-ċiklisti kien ser ikollhom jagħżlu f’liema kompetizzjoni ser jieħdu sehem.
L-Għaqda Internazzjonali taċ-Ċikliżmu ħabbret ukoll il-kalendarju għas-sena d-dieħla fejn it-tlielaq tar-RideLondon-Surrey Classic u t-Tour ta’ Kalifornja tneħħew u b’kollox ser isiru 35 avveniment.