Ċikliżmu
Ċikliżmu: It-Tour tal-Ingilterra ta’ din is-sena kkanċellat

It-Tour tal-Ingilterra taċ-ċikliżmu ta’ din is-sena ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

It-tellieqa kienet pjanata li ssir bejn is-6 u t-13 ta’ Settembru iżda l-organizzaturi ddeċidew li għal din is-sena ma ssirx biex jitnaqqas ir-riskju.

It-Tour Stage tan-nisa u t-Tour de Yorkshire ġew ikkanċellati wkoll.

L-organizzaturi qalu li t-Tour tal-Ingilterra 2021 se jsir bejn il-5 u t-12 ta’  Settembru u se tkun qed tintuża l-istess rotta li kienet pjanata għal din is-sena.

Dawn id-deċiżjonijiet ifissru li l-Ingilterra mhux se tkun qed torganizza l-ebda avveniment taċ-ċikliżmu għal din is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-erba’ darbiet champion tat-Tour De France, l-Ingliż Chris Froome ħabbar li se jkun qed iħalli lil Team Ineos fl-aħħar tal-istaġun. L-aħbar għamluha uffiċjali t-tim tiegħu stess. Froome rebaħ it-Tour De…

Ċikliżmu

L-ex rebbieħ tal-Giro D’Italia Nairo Quintana qal li ma ġralu xejn u ma weġġgħax serjament f’inċident li kien involut fih meta karozza baqgħet dieħla fuqu waqt li kien għaddej bit-taħriġ…

Ċikliżmu

Forsi qatt ma rebaħ stadju fir-realtà, imma Julien Bernard irnexxielu jirbaħ it-tieni stadju virtwali tat-Tour de France. F’finali missielta, iċ-ċiklisti tellqu kontra xulxin mill-kumdità ta’ djarhom, biex ikkompetew għal 29.5…

Ċikliżmu

Waqt il-laqgħa riċenti tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u fuq rakkomandazzjoni tal-Uffiċjali tal-istess Federazzjoni, kien deċiż li ż-żewġ kampjonati għal din is-sena biss isiru fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex…

Aktar