Ċikliżmu
Ċikliżmu: Jinfetaħ l-istaġun taċ-ċikliżmu f’pajjiżna

Jinfetaħ l-istaġun taċ-ċikliżmu f’pajjiżna bl-Agones Sfc’s Safi Criterium. F’din it-tellieqa, iċ-ċiklisti jridu jagħmlu sprint kull tliet laps sabiex jiggwadanjaw il-punti, u b’hekk kull ċiklist ikun jista’ jara fejn qiegħed fl-istat fiżiku qabel ma’ jingħata bidu għall-kampjonat nazzjonali taċ-ċikliżmu.

F’kundizzjonijiet tat-temp perfetti, bi sprint waħda wara l-oħra u bit-tattiċi tat-timijiet differenti, kienu Etienne Bonello tat-tim Greens u Christian Formosa tat-tim The Cyclist li rnexxilhom iġibu punti ndaqs u spiċċaw fl-ewwel post. Warajhom spiċċa Mark Bonnici tat-tim Agones Sfc.

Fil-kategorija tan-nisa, Marion Pullicino tat-tim Mosta CC ħarġet rebbieħa, b’Caroline Zammit t’Agones Sfc tispiċċa fit-tieni post segwita minn Angelika Ruggier tat-tim Greens fit-tielet.

Il-kategorija tal-40+ kienet mirbuħa minn Antoine Sultana tat-tim The Cyclist, filwaqt li Brandon Sultana tat-tim Gozo CC rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-23 sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja. Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour. Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li…

Aktar