Ċikliżmu
Ċikliżmu: L-ex rebbieħ tal-Giro D’Italia Nairo Quintana involut f’inċident ta’ traffiku, jgħid li ma ġralu xejn

L-ex rebbieħ tal-Giro D’Italia Nairo Quintana qal li ma ġralu xejn u ma weġġgħax serjament f’inċident li kien involut fih meta karozza baqgħet dieħla fuqu waqt li kien għaddej bit-taħriġ tar-rota fil-Kolombja.

Iċ-ċiklist ta’ 30 sena li rebaħ il-Giro fl-2014 u l-Vuelta fl-2016, u spiċċa darbtejn fit-tieni post fit-Tour De France, intlaqat minn karozza li ppruvat taqbżu waqt li kien għaddej fi triq.

Team Arkea Samsic kien imbeżża’ li ċ-ċiklist tagħhom seta’ sofra minn ksur f’siequ iżda wara rriżulta li kienu biss ġrieħi ħfief.

Quintana mistenni jerġa’ jsuq għat-Tour de l’Ain fis-7 ta’ Awwissu li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar