Ċikliżmu
Ċikliżmu: Magnus Cort Nielsen jirbaħ ir-raba’ stadju tat-tellieqa minn Pariġi sa Nizza

Iċ-ċiklist Magnus Cort Nielsen tat-tim Astana Pro rebaħ ir-raba’ stadju fit-tellieqa minn Pariġi sa Nizza. Nielsen kellu taqtiegħa ħarxa mal-Belġjan Thomas De Gendt u t-Taljan Giulio Ciccone, imma xorta rnexxilu jaqbeż il-linja finali l-ewwel. Fir-raba’ post daħal it-Taljan Alessandro De Marchi u dawn l-erba’ ċiklisti żammew il-pass flimkien u nqatgħu mill-bqija tal-peloton. Dylan Groenewegen, li sa qabel dan l-istadju kien fuq nett tal-klassifika, kellu ġurnata diżastruża u mhux biss tilef l-ewwel post imma spiċċa niżel ‘l isfel mhux ħażin. Issa fl-ewwel post hemm Michal Kwiatkowski ta’ Team Sky.

Il-Pollakk jinsab b’ħames sekondi vantaġġ fuq l-Ispanjol Luis León Sanchez u għaxarr sekondi quddiem il-Belġjan Philippe Gilbert.

Il-ħames stadju ta’ din it-tellieqa jsir illum fuq distanza ta’ 25.5 kilometri fil-villaġġ ta’ Barbentane, u ser ikun taqtiegħa kontra l-ħin.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Fil-11-il stadju tal-Giro d’Italia, l-Awstraljan Caleb Ewan kellu sprint mill-aqwa biex ħareġ rebbieħ quddiem il-Franċiż Arnaud Demare. L-Awstraljan t’24 sena rebaħ it-tieni stadju personali f’dan il-Giro, wara li kien rebaħ…

Ċikliżmu

Il-Franċiż Arnaud Demare rebaħ l-għaxar stadju tal-Giro d’Italia, l-ewwel rebħa f’din it-tellieqa fil-karriera tiegħu. Id-distanza kienet ta’ 145 kilometru minn Ravenna. It-Taljan Elia Viviani daħal fit-tieni post filwaqt li l-Awstraljan…

Ċikliżmu

Ċikliżmu fil-Giro D’Italia illum saret id-disa’ tappa li kienet individual time trial. L-aħjar ħin irreġistraħ Primoz Roglic li b’hekk rebaħ it-tieni tappa personali tal-Giro ta’ din is-sena li saret fuq…

Ċikliżmu

L-Ispanjol Ivan Garcia Cortina rebaħ il-ħames stadju tat-Tour ta’ California, filwaqt li l-Amerikan Tejay van Garderen baqa’ fil-quċċata tal-klassifika u żamm il-flokk l-isfar. Fuq distanza ta’ 219.5 kilometri li ħafna…

Aktar