Ċikliżmu
Ċikliżmu: Maurice Formosa jissiġġilla r-rebħa tat-Trustmoore Cross Country National Point Series

It-Trustmoore Cross Country National Point Series (NPS XC) organizzat mill-Malta Mountain Bike Association  għamlet ritorn,wara waqfa qasira tas-sajf, meta ċ-ċiklisti ngħaqdu flimkien f’Selmun għal tellieqa oħra kkontestata.

Il-ħames u l-aħħar tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tal-NPS XC raw iċ-ċiklisti tal-Kategorija Elite jikkontestaw korsa ta’6 dawriet, filwaqt li l-Kategoriji Open, Nisa, Junior u E-Bikes kellhom total ta’ 4 dawriet kull wieħed.

Fil-Kategorija Elite, Mark Bonnici u Jason Vella kienu fuq quddiem mill-bidu, iżda Maurice Formosa (The Cyclist), li qatta’ l-biċċa l-kbira tas-sajf jirkupra minn injury, ma wera l-ebda sinjal li jnaqqas ir-ritmu. Hu ħadem sabiex iġib vantaġġ komdu fl-ewwel niżla. Etienne Bonello (Team Greens) kien warajħ, iżda Formosa kompla bil-ħidma tiegħu sabiex iġib distakk fuq Bonello. Il-kunfidenza ta’Formosa raħ jikseb kważi ħames minuti fuq Bonello li ħa t-tieni post. Fit-tielet post, inqas minn minuta wara Bonello,  kien Jason Vella (Agones SFC).

Fil-Kategorija Open, Ramon Grech mill-ewwel ħareġ fuq quddiem, iżda panċer fit-tieni dawra rah jitlef ħin prezzjuż. Dennis Dolci sfrutta mis-sitwazzjoni, u żamm il-pass tajjeb sabiex jirbaħ il-kategorija wara li għeleb lil Mario Attard. Minkejja li Grech ta prestażżjoni tajba biex jipprova jikseb il-ħin mitluf, hu kiseb it-tielet post.

Fiona Darmanin Tedesco kienet l-unika kompetitriċi femminili waqt li fil-Kategorija tal-Junior Stefan Scerri (Gozo CC), rebaħ it-tellieqa b’vantaġġ ta ’ħames minuti fuq Nikol Micallef li ħa t-tieni post. Intant fil-Kategorija E-Bike Robert Magro kompla b’prestazzjoni konsistenti sabiex kiseb rebħa oħra.

Klassifika Ġenerali

Minkejja li Formosa kellu jirtira fl-ewwel tellieqa minħabba problemi mekkaniċi, Formosa rebaħ it-tlielaq l-oħra kollha. Bin-nuqqas ta’ Brandon Sultana fl-aħħar tellieqa Formosa ġie ddikjarat ir-rebbieħ tas-Serje. Fil-Kategorija Open, ir-rebħa ta’ Dennis Dolci nhar il-Ħadd raħ inkurunat rebbieħ ta’ din il-kategorija, waqt li fil-Kategorija tal-Juniors Clyve Chetcuti kiseb l-unuri. Fil-Kategorija tan-Nisa, il-parteċipazzjoni konsistenti ta’ Fiona Darmanin Tedesco rata tirbaħ is-Serje, filwaqt li fil-kategorija E-Bikes, li ġiet introdotta din is-sena, Robert Magro kompla is-suċċess tiegħu.

Inizjattiva ta’ tindif mill-membri tal-Kumitat tal-MMBA u voluntiera

Wara l-preżentazzjoni tal-medalji lir-rebbieħa, membri tal-kumitat tal-Assoċjazjoni u voluntiera oħra pparteċipaw f’inizjattiva ta’ tindif organizzat qrib iż-żona tat-tellieqa.

“Minbarra s-sodisfazzjon miksub mill-kompetizzjoni li wieħed jara f’dawn it-tlielaq, l-Assoċjazzjoni tkompli bl-għan li trawwem apprezzament għan-natura filwaqt li tipprovdi opportunita ta’ eżerċizzju. L-Assoċjazzjoni  tenfasiża l-importanza li wieħed jirrispetta l-ambjent li jintuza matul it-tlielaq f’postijiet varji madwar il-gżejjer Maltin.  Minħabba f’hekk b’inizjattiva tal-membru tal-kumitat tagħna Fiona Darmanin Tedesco li organizzat it-tindif fil-qrib taż-żona tat-tellieqa. Dan iż-żibel tħalla minn terżi persuni matul ix-xhur tas-sajf. L-iskart kollu ġie sseparat bir-reqqa.” stqarr Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association.

It-Trustmoore Cross Country National Points Series hija appoġġata minn AF Sign Studio, Go & Fun, Magri Cycles, Maypole, H20nly u Jimmy Vella Fruit and Vegetables.

L-aħħar tellieqa għall-2019, ser jkunu il-Kampjonati Nazzjonali  li se jsiru nhar il-Ħadd 3 ta’Novembru. It-tellieqa tibda fit-8 ta’ filgħodu ġewwa ir-Riserva Naturali tal-Majjistral.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Bejn it-2 u s-6 ta’ Ottobru li għadda, sar b’suċċess id-WWC – UCI Coach Development Program Level 1, immexxi minn Tyrone Johns. Dan sar possibli bil-ħidma ta’ Joe Bajada, Segretarju…

Ċikliżmu

Mountain Bikers Maltin għal darb’oħra ħallew isem tajjeb għal Malta meta ħadu sehem fl-Etna Maratona li saret dan l-aħħar. Din it-tellieqa hija meqjusa bħala waħda mill-iktar tlielaq affaxxinanti tal-mountain bike…

Ċikliżmu

L-Isloven Primoz Roglic rebaħ il-Vuelta a Espana 2019. Wara li l-Ħadd intemm il-21 stadju ta’ dan it-Tour, Roglic spiċċa fuq quddiem fil-klassifika ġenerali u sar l-ewwel Sloven li rebaħ Grand…

Aktar