Ċikliżmu
Ċikliżmu: Miguel Angel Lopez jirbaħ is-17-il stadju tat-Tour De France

Miguel Angel Lopez rebaħ is-17-il stadju tat-Tour De France li sar illum.

Lopez kellu sfida qawwija minn Richard Carapaz iżda dan ċeda lejn l-aħħar u nqabeż minn diversi ċiklisti.

L-isfida ta’ din it-tappa bejn iż-żewġ Sloveni ħalliet lil Primoz Roglic fl-ewwel post tal-klassifika overall u se jkun qed jerġa’ jilbes il-flokk l-isfar għat-18-il stadju.

Roglic daħal fit-tieni post b’Tadej Pogacar li daħal fit-tielet post.

Is-17-il stadju tal-lum beda minn Grenoble u pparteċipaw fih 152 ċiklist.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tadej Pogacar huwa r-rebbieħ tal-107 edizzjoni tat-Tour De France li ntemmet illum. Minkejja li ma spiċċax mal-ewwel postijiet, Pogacar kellu sekondi vantaġġ biżżejjed biex baqa jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall….

Ċikliżmu: Tour de France, Illum saret it-tappa ta’ qabel tal-aħħar li kienet time trial individwali fuq distanza ta’ 36 kilometru li saret f’La Planche des Belles Filles. Ir-rebbieħ ta’ din…

Id-Daniż Soren Kragh Andersen rebaħ id-19-il stadju tat-Tour De France tal-lum. Dan kien it-tieni stadju li rebaħ Andersen fl-edizzjoni ta’ din is-sena. L-istadju tal-lum telaq minn Bourg en Bresse u…

Iċ-champion renjanti tat-Tour De France, Egan Bernal, irtira mill-edizzjoni ta’ din is-sena qabel ma llum beda is-17-il stadju. L-aħbar ikkonfermawha t-tim tiegħu Ineos Grenadiers. It-tamiet ta’ Bernal li jżomm it-titlu…

Aktar