Ċikliżmu
Ċikliżmu: Milan Menten jirbaħ it-tielet stadju tas-CRO fil-Kroazja

Milan Menten ħa l-ewwel rebħa pro cycling fil-karriera tiegħu fit-tielet stadju tat-tellieqa CRO li qed issir fil-Kroazja.

Iċ-ċiklisti ta’ Bingoal Pauwels Sauces kien l-aktar b’saħħtu fit-telgħa finali tal-istadju li kellu tul ta’ 167 kilometru minn Primosten sa Makarska.

Fl-isprint finali, Mick Van Dink ta’ Jumbo Visma, deher mar fuq quddiem iżda ċeda lejn l-aħħar ftit għall-ispejjeż ta’ Menten.

Fit-tielet post daħal Aders Skaarseth ta’ Uno-X Pro.

B’din ir-rebħa, Milan Menten telgħa fl-ewwel post tal-klassifika overall u se jkun qed jilbes il-flokk l-aħmar għar-raba’ stadju.

Ir-raba’ stadju jitlaq minn Zadar sa Crikvenica u għandu tul ta’ 197 kilometru.

 

Miktub minn...
TVM Sport