Ċikliżmu
Ċikliżmu: Nacer Bouhanni ta’ Franza jirbaħ ir-raba’ stadju tas-Saudi Tour

Nacer Bouhanni ta’ Franza kellu sprint qawwija fl-aħħar tar-raba’ stadju tas-Saudi Tour biex ħa l-kmand tal-klassifika overall bi stadju wieħed li fadal x’jinsaq.

Iċ-ċiklist ta’ Team Arkea-Samsic mar fuq quddiem fl-aħħar sprint ta’ l-istadju 137 kilometru f’Riyadh biex għadda bi ftit lit-Taljan Niccolo Bonifazio.

Bouhanni għamel ħin ta’ 3 sigħat, 21 minuta u 55 sekonda.

Din ir-rebħa tellgħet lil Bouhanni fl-ewwel post tal-klassifika overall biex qabeż lil Phil Bauhaus tal-Ġermanja fit-tieni post u lill-Portugiż Rui Costa fit-tielet post.

L-istadju finali jsir għada s-Sibt, b’tul ta 144 kilometru mad-dawra ta’ Riyadh.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tadej Pogacar huwa r-rebbieħ tal-107 edizzjoni tat-Tour De France li ntemmet illum. Minkejja li ma spiċċax mal-ewwel postijiet, Pogacar kellu sekondi vantaġġ biżżejjed biex baqa jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall….

Ċikliżmu: Tour de France, Illum saret it-tappa ta’ qabel tal-aħħar li kienet time trial individwali fuq distanza ta’ 36 kilometru li saret f’La Planche des Belles Filles. Ir-rebbieħ ta’ din…

Id-Daniż Soren Kragh Andersen rebaħ id-19-il stadju tat-Tour De France tal-lum. Dan kien it-tieni stadju li rebaħ Andersen fl-edizzjoni ta’ din is-sena. L-istadju tal-lum telaq minn Bourg en Bresse u…

Miguel Angel Lopez rebaħ is-17-il stadju tat-Tour De France li sar illum. Lopez kellu sfida qawwija minn Richard Carapaz iżda dan ċeda lejn l-aħħar u nqabeż minn diversi ċiklisti. L-isfida…

Aktar