Sports Internazzjonali
Ċikliżmu: Nairo Quintana jintlaqat minn karozza waqt it-taħriġ

Iċ-Ċiklista kolombjan Nairo Quintana kien involut f’inċident hekk kif intlaqat minn vettura waqt it-taħriġ f’pajjiżu.
Iċ-ċiklista ta’ 30 sena fil-passat rebaħ il-Giro D’Italia fl-2014 u l-Vuelta sentejn wara. Mill-ewwel testijiet li saru jidher li Quintana weġġa’ rkoptu u spaltu iżda ma jidhirx li kellu ġrieħi li setgħu jipperikolaw ħajtu. F’Messaġġ fuq Twitter Quintana qal li se jkun qed jieħu ż-żmien biex jirkupra u qed jippjana li jerġa’ jitla fuq ir-rota fl-aħħar ta’ dan ix-xhar.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

F’Tokjo, jitneħħew iċ-ċrieki li kienu jiffurmaw l-Monument Olimpiku għall-manutenzjoni. Dan il-monument jinsab f’Tokyo Bay u sar apposta għaliex matul dan is-sajf din il-belt Ċiniża suppost kienet qiegħda tospita l-Olimpjadi. Filwaqt…

International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Olimpijadi TOKYO 2020

Olimpijadi ta’ Tokjo: Il-Pulizija ta’ Tokjo arrestat raġel li ilha tiġri warajh kważi sena u se tressqu l-Qorti talli dan xtara u beda jbiegħ midalji foloz tal-Olimpijadi ta’ Tokjo u…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Aktar