Ċikliżmu
Ċikliżmu: Nicholas Dlamini jsofri minn ksur f’idu wara argument li kellu waqt it-taħriġ

Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Nicholas Dlamini sofra minn ksur f’idu wara argument li qam bejnu u bejn il-park rangers waqt li kien għaddej bir-rota mill-Park Nazzjonali Table Mountain.

Stqarrija li ħarġu l-Parks Nazzjonali fl-Afrika t’Isfel, kienet tgħid li ċ-ċiklist daħal fis-sezzjoni Silvermine mingħajr ma ħallas il-pagament dovut u rreżista l-arrest.

Dlamini kien fil-kumpanija ta’ ċiklist ieħor Donavan Le Cok li kif ra dan l-arrest iseħħ quddiemu ġibed filmat minn fuq it-telefon ċellulari tiegħu.

L-NTT Pro Cycling, it-tim ta’ Dlamini, qalu ttieħdu X-Rays ta’ jdejn iċ-ċiklist tagħhom u li fihom instab li kellu xi ksur.

Dlamini kkompeta fil-Vuelta ta’ Spanja ta’ din is-sena u kien qed jitħarreġ għall-avvenimenti taċ-ċikliżmu li jmiss tal-2020.

Miktub minn...
TVM Sport