Ċikliżmu
Ċikliżmu: Parteċipazzjoni rekord mistennija għall-25 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta 2019

Il-25 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta bl-isponsor ewlieni ta’ The Cyclist, ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2019, fejn huwa mistenni numru rekord ta’ parteċipanti barranin b’mod partikolari Nisa. Matul is-snin dan it-Tour serva ta’ opportunita’ tajba biex iċ-ċiklisti lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma’ oħrajn barranin f’pajjiżna stess. B’hekk huma mhux biss jigwadanjaw minn din l-esperjenza, iżda wkoll dawn ikomplu jtejbu l-livelli tagħhom.

Dan ġie mħabbar illum waqt konferenza stampa li nżammet iktar tard illum fil-preżenza ta’ċiklisti, ufficjali u membri tal-medja.

Il-klabbs lokali flimkien ma’ diversi oħra barranin ser ikollhom iċ-ċiklisti tagħhom jikkompetu fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-maġġoranza tal-klubbs barranin ġejjin mill-Ingilterra u l-Italja. Novita’ assoluta hija li ser ikollna wkoll parteċipazjoni ta’ ċiklisti minn Ġibiltà. Ma’ dawn ser jieħdu sehem ukoll fuq bażi individwali, ċiklisti barranin minn diversi pajjiżi oħra. Din is-sena t-Tour huwa edizzjoni speċjali għax hija l-25 Edizzjoni. Fattur storiku ieħor din is-sena ser tkun l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida miftuħa għal Juniors.  Dan qed issir biex ngħatu iktar opportunitajiet liż-żgħażagħ tagħna jieħdu sehem f’kompetizjonijiet internazzjonali.

Preżenti għal-konferenza stampa kien hemm ukoll is-Sinjura Caroline Schiavone, rappreżentanta tal-isponsor uffiċjali The Cyclist, li stqarret is-soddifazzjon tal-kumpanija The Cyclist, tal-opportunita li għal darb’oħra qedin jappoġġaw dan l-avveniment. Hi spjegat li din hija l-unika pjattaforma għaċ-ċiklist Malti li jista jtellaq lokalment kontra ċiklisti barranin.

It-Tour Internazzjonali ta’ Malta 2019 ser jinżamm fuq erbat ijiem mifruxa hekk: L-ewwel tappa ser tkun tikkonsisti f’Individual Time Trail fuq iċ-ċirkwit ta’ Mtarfa fuq distanza ta’ 12 il-kilometru. It-tieni tappa, fuq distanza ta’ 83.3 kilometru ser tkun fil-Bypass ta’ San Pawl, mentri t-tielet tappa fuq distanza ta’ 60 kilometru ser issir fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ir-raba’ u l-aħħar tappa li mistennija tkun waħda deċiżiva ser tkun tiġrija ta’ 88 kilometru fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin.

Ser ikun hemm tliet kategoriji ta’ ċiklisti jieħdu sehem. Dawn huma tal-Elite, tan-Nisa u tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 40 sena. Il-Kwartieri Ġenerali tat-Tour ser ikunu l-Palazzin Hotel, l-Qawra fejn ser ikunu alloġjati bosta mit-timijiet barranin. Il-Kumitat Organizzattiv tat-Tour jixtieq jirringrazza lil diversi sponsors fosthom lil SportMalta, The Cyclist, Kumitat Olimpiku Malti, Kunsilli Lokali rispettivi tal-Mtarfa, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żebbuġ u Mġarr, kif ukoll lil Korp tal-Pulizija, Gwardjani Lokali, ARRTS Timing System, u l-Palazzin Hotel. L-organizzazjoni qed tappella għal koperazzjoni tal-pubbliku f’dak li huwa l-għeluq tat-toroq biex b’hekk dawn l-avvenimenti jkunu jistgħu jsiru fl-aħjar sigurta’ possibli għaċ-ċiklisti. Huma jixtiequ jawguraw kull suċċess liċ-ċiklisti Maltin li ser jieħdu sehem.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Brittaniku Simon Yates rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 210 kilometri fil-Pirinej. L-istadju li beda minn Toulouse, ta togħma liċ-ċiklisti ta’ xi jfissru l-muntanji Pirinej. Minħabba li…

Ċikliżmu

L-Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11-il stadju tat-Tour de France meta fuq distanza ta’ 167 kilometru daħal l-ewwel quddiem Dylan Groenewegen. Ewna rebaħ bi ftit ċentimetri fuq Groenewegen bit-Taljan Elia Viviani…

Ċikliżmu

Iċ-champion renjanti tat-Tour de France Geraint Thomas kellu 10 stadju mill-aqwa meta rnexxielu jiggwadanja ħafna ħin fuq il-kompetituri tiegħu wara li r-riħ kellu sehem importanti fuq ir-riżultat finali ta’ dan…

Aktar