X

Ċikliżmu: Pascal Ackermann jirbaħ il-ħames stadju tal-Giro d’Italia

Il-Ġermaniż Pascal Ackermann rebaħ il-ħames stadju tal-Giro d’Italia minn Frascati sa Terracina. Kien fl-isprint finali li Ackermann irnexxielu jmur fuq quddiem, imma l-jersey r-roża żammu ċ-ċiklist Sloven Primoz Roglic. Iċ-champion tal-2017 Tom Dumoulin irtira mill-ħames stadju ftit wara li beda minħabba l-uġiegħ li kien għadu qiegħed iħoss mill-inċident li kellu fir-raba’ stadju nhar it-Tlieta li għadda.

Għal Ackermann, dan kien it-tieni stadju tal-Giro li rnexxielu jirbaħ, f’ħin ta’ 3 sigħat 27 minuta u 5 sekondi biex daħal quddiem il-Kolombjan Fernando Gaviria u l-Franċiż Arnaud Demare.