X

Ċikliżmu: Raymond Poulidor jingħata l-aħħar tislima

Story Published

Jingħata l-aħħar tislima ċ-ċiklist Raymond Poulidor fil-funeral li sar f’Limoges, fiċ-ċentru ta’ Franza, il-belt fejn twieled u trabba.

Poulidour jibqa’ msemmi bħala l-aktar ċiklist li dejjem kien viċin li jirbaħ it-Tour De France u qatt ma rnexxielu.

Poulior miet il-ġimgħa li għaddiet fl-età ta’ 83 sena.

Membri tal-familja u persuni distinti mill-isport mondjali, l-aktar miċ-ċikliżmu, inġabru fil-knisja ta’ Saint Leonard, b’diversi oħra li nġabru fi pjazza viċin isegwu l-funeral fuq big screen peress li ma laħqux post fil-knisja.

Poulidor spiċċa fuq il-podju finali tmien darbiet fil-karriera iżda qatt ma rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post.