Ċikliżmu
Ċikliżmu: Remi Cavagna jirbaħ it-tielet stadju tat-Tour ta’ California

Il-Franċiż Remi Cavagna rebaħ it-tielet stadju tat-Tour ta’ California, bl-Amerikan Tejay van Garderen iżomm postu fil-quċċata tal-klassifika. Cavagna, li jtellaq mat-tim Deceuninck-quick-Step spiċċa l-istadju f’5 sigħat, 44 minuti u 22 sekonda, wara li saq 208 kilometri. Il-Franċiż fetaħ vantaġġ b’saħħtu fuq l-Amerikan Ben King li daħal ftit aktar minn 7 minuti wara r-rebbieħ, bil-Ġermaniż Simon Geschke jidħol it-tielet.

Tejay van Garderen daħal 7 minuta u 47 sekonda wara Cavagna, bir-raba’ stadju jsir illum fuq distanza ta’ 214.5 kilometri.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja. Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour. Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li…

Aktar