Ċikliżmu
Ċikliżmu: Simon Yates jirbaħ il-ħames stadju fit-tellieqa minn Pariġi sa Nizza

Il-Brittaniku Simon Yates ħa vantaġġ mill-kundizzjonijiet tar-riħ u rebaħ il-ħames stadju tat-tellieqa minn Pariġi sa Nizza fil-villaġġ ta’ Barbentane. It-tellieqa kontra l-ħin fuq distanza ta’ 25 kilometru, kienet l-aqwa pjattaforma għaċ-ċampjin ta’ La Vuelta Yates, li rebaħ l-ewwel stadju tiegħu f’din it-tellieqa u kif ukoll tellieqa ta’ dan it-tip fil-karriera tiegħu.

Il-Ġermaniż Nils Politt daħal it-tieni, 7 sekondi wara Yates, u l-Pollakk Michal Kwiatkowski daħal it-tielet u żamm postu fil-quċċata tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Fit-12-il stadju, kien it-Taljan Cesare Benedetti li ħareġ rebbieħ u b’hekk ħa l-ewwel rebħa fil-Giro fil-karriera tiegħu. Din kienet l-ewwel tellieqa tal-Giro d’Italia fl-Alpi fuq distanza ta’ 158 kilometru minn…

Ċikliżmu

Fil-11-il stadju tal-Giro d’Italia, l-Awstraljan Caleb Ewan kellu sprint mill-aqwa biex ħareġ rebbieħ quddiem il-Franċiż Arnaud Demare. L-Awstraljan t’24 sena rebaħ it-tieni stadju personali f’dan il-Giro, wara li kien rebaħ…

Ċikliżmu

Il-Franċiż Arnaud Demare rebaħ l-għaxar stadju tal-Giro d’Italia, l-ewwel rebħa f’din it-tellieqa fil-karriera tiegħu. Id-distanza kienet ta’ 145 kilometru minn Ravenna. It-Taljan Elia Viviani daħal fit-tieni post filwaqt li l-Awstraljan…

Ċikliżmu

Ċikliżmu fil-Giro D’Italia illum saret id-disa’ tappa li kienet individual time trial. L-aħjar ħin irreġistraħ Primoz Roglic li b’hekk rebaħ it-tieni tappa personali tal-Giro ta’ din is-sena li saret fuq…

Aktar