Ċikliżmu
Ċikliżmu: Sodisfazzjon għal Jason Vella f’Ċipru

Tliet snin wara li waqaf jikkompeti fiċ-ċikliżmu kompetittiv, Jason Vella (Agones SFC) għamel ritorn fix-xena internazzjonali, meta ħa sehem fis-Sunshine Cup ġewwa Ċipru, meqjusa bħala wieħda mill-aktar kompetiżżjonijiet prestiġjużi tal-mountain biking fid-dinja u li hija inkluża fis-Serje tal-Mountain Bike fil-Kalendarju UCI (Union Cycliste Internationale).

L-avveniment, li kien maqsum fuq tlett stadji, ra lil Vella jikkompeti fil-Kategorija tal-Masters 2 Men. It-tellieqa kollha kienet tkopri distanza ta’126km mqassma fuq tlett ijiem,  bl-ogħla elevazzjoni ta’ 1916m tkun koperta fl-aħħar ġurnata.

Vella ma kellhux bidu tajjeb fl-ewwel tellieqa meta sofra diversi problemi mekkaniċi u ħabta. Fortunatament, minkejja li kien inċident kien ta’veloċità għolja, Vella sofra biss xi tbenġil. B’żewġ ġranet oħra ta ‘kompetizzjoni quddiemu, Vella kellu jagħti kollox fuq ir-rotot ċatti, kif ukoll b’tlajja iebsin biex jpatti għall-ħin mitluf fil-parti teknika tat-tellieqa. Id-determinazzjoni ta’ Vella pproduċiet riżultat tajjeb hekk kif kiseb it-tieni post fil-kategorija tiegħu fit-tieni u it-tielet stadji.

Vella kellu kompetizzjoni iebsa ma’ċiklisti Ċiprijotti, Rumeni, Olandiżi u Litwani

“Billi kont wieqaf mill-kompetizzjoni għal numru ta’ snin, irrid nammetti li tlift ħafna ħin prezzjuż. Peress li kont qed nonqos mill-esperjenza għażilt il-Kategorija tal-Masters aktar milli l-Elite peress li ma ħassejtnix lest biex nikkompeti ma’wħud mill-aqwa atleti tad-dinja. Din kienet esperjenza kbira b’mod ġenerali u żgur li se tgħini nkun aktar kompetittiv fit-tlielaq lokali. Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja liċ-ċiklisti veterani tal-mountain bike Maltin, talli appoġġjaw ir-ritorn tiegħi għat-tlielaq għalkemm qed nikkompeti kontrihom. Grazzi kbar imur għand il-kowċ Bruno Mahsoudi talli għen fil-preparazzjoni tiegħi” stqarr Vella wara it-tellieqa.

Vella ilhu jikkompeti regolarment fuq iċ-ċirkwit tal-mountain bike fil-kategorija Cross Country organizzata mill-Malta Mountain Bike Association. Għalkemm s’issa kiseb ir-raba post, b’hekk ma nrexxilux jieħu podju lokali,  Vella, qed jirreġistra prestazzjonijiet imtejba kontinwament.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Ċikliżmu: Marie Claire Aquilina żammet l-ewwel post overall fil-kategorija tan-Nisa fl-edizzjoni ta’ dis-sena ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta minkejja li daħlet biss ir-raba’ fit-tieni tappa llum. It-tellieqa tan-nisa ntrebħet…

Ċikliżmu

L-edizzjoni 2019 ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta ngħatat bidu dalgħodu bit-Time Trial individwali fuq rotta ta’ 12-il kilometru fil-bypass tal-Imtarfa. Temp xemxi laqa’ lill-aktar minn mitt ċiklist li ħadu…

Ċikliżmu

Il-25 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta bl-isponsor ewlieni ta’ The Cyclist, ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2019, fejn huwa mistenni numru rekord…

Aktar