Ċikliżmu
Ċikliżmu: Sonny Colbrelli jsir l-ewwel Taljan li jirbaħ t-tellieqa Paris-Roubaix Classic

Sonny Colbrelli sar l-ewwel ċiklista Taljan li rebaħ t-tellieqa Paris-Roubaix Classic li saret matul il-ġurnata tal-Ħadd.

Din it-tiġrija kienet ferm akkanita hekk kif fl-aħħar parti tagħha tliet ċiklisti kienu qed jikkontendu bejniethom ir-rebħa finali. Fil-fatt Cobrelli sab oppożizzjoni iebsa miċ-ċiklista Belġjan Florian Vermeersh u l-Olandiż Mathieu Van Der Poel li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Eżatt kif intemmet it-tellieqa, Colbrelli kien miksi bit-tajn wara li qadef aktar minn 257 kilometru f’partijiet minnhom li kellhom ukoll xi diżlivell.

Fir-raba’ post spiċċa ċ-ċiklist Taljan Gianni Moscon.

L-avveniment Paris-Roubaix Classic fi Franza hu wieħed li kompla juri l-popolarita’ tiegħu f’dawn l-aħħar snin.

Miktub minn...
TVM Sport