Ċikliżmu
Ċikliżmu: Sospiż ta’ 90 sena wara li nstab pożittiv għad-doping

Carl Grove, li f’Lulju li għadda sar Champion tad-Dinja taċ-ċikliżmu tal-kategorija bejn id-90 u l-94 sena, tneżża mit-titlu tiegħu u r-rekord mondjali li għamel, wara li nstab pożittiv għall-sustanzi projbiti ta’ steroids bl-isem ta’ ‘epitrenbolone’.

L-Amerikan kien rebaħ il-Kampjonat Master fiċ-ċirkwit ta’ Breinigsville, f’Pennsylvania.

Grove irċieva ittra mill-Usada, l-Aġenzija kontra d-doping fl-Istati Uniti, fejn fiha spjegawlu d-deċiżjoni li kienet ittieħdet.

Grove kiel laħam aħmar fil-lejla qabel il-kompetizzjoni li rriżultalu f’enerġija żejda f’ġismu.

Minkejja dan kollu, Grove qal li kien se jerġa’ jipprova jikkompeti f’Lulju li ġej mingħajr ma jiekol ikel ta’ sustanza fis-sigħat ta’ qabel ma jikkompeti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Brittaniku Simon Yates rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 210 kilometri fil-Pirinej. L-istadju li beda minn Toulouse, ta togħma liċ-ċiklisti ta’ xi jfissru l-muntanji Pirinej. Minħabba li…

Ċikliżmu

L-Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11-il stadju tat-Tour de France meta fuq distanza ta’ 167 kilometru daħal l-ewwel quddiem Dylan Groenewegen. Ewna rebaħ bi ftit ċentimetri fuq Groenewegen bit-Taljan Elia Viviani…

Ċikliżmu

Iċ-champion renjanti tat-Tour de France Geraint Thomas kellu 10 stadju mill-aqwa meta rnexxielu jiggwadanja ħafna ħin fuq il-kompetituri tiegħu wara li r-riħ kellu sehem importanti fuq ir-riżultat finali ta’ dan…

Aktar