Ċikliżmu
Ċikliżmu: Stephen Williams jirbaħ il-ħames stadju tal-avveniment CRO fil-Kroazja

Stephen Williams rebaħ il-ħames stadju tal-avveniment CRO li għaddej bħalissa fil-Kroazja.

Il-ħames stadju tal-bieraħ kien minn Rabac sa Opatija u kellu tul ta’ 137.5 kilometri.

B’din ir-rebħa, Williams telgħa fl-ewwel post tal-klassifika overall ukoll u se jkun qed jibda s-sitt stadju bil-flokk l-aħbar.

L-Ingliż daħal fl-ewwel post, 10 sekondi qabel Markus Hoelgaard tan-Norveġja u Mick van Dijke li daħal fit-tielet post.

Il-ħames stadju kellu ġlieda bir-roti interessanti lejn l-aħħar tiegħu bi 13-il ċiklist li kollha kellhom ċans tajjeb li jaqsmu l-finish line l-ewwel.

Is-sitt u l-aħħar stadju għandu tul ta’ 157 kilometru u jitlaq minn Samobor sa Zagreb.

 

Miktub minn...
TVM Sport