Ċikliżmu
Ċikliżmu: suċċess għall-Belġjan Wout van Aert fl-20 tappa

Fl-20 tappa tat-Tour de France suċċess għall-Belġjan Wout van Aert li temm l-impenn tiegħu f’ħin ta’ 35 minuta u 53 sekonda. Dan l-istadju kien tellieqa kontra l-ħin fejn van Aert rebaħ b’vantaġġ ta’ 21 sekonda fuq id-Daniż Kasper Asgreen u 32 sekonda fuq Daniż ieħor Jonas Vingegaard. Il-leader tat-Tour Tadej Pogacar daħal fit-tmien post b’distakk ta’ 57 sekonda iżda issa hu prattikament ir-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni tat-Toyr de France.
Fil-fatt lejliet l-aħħar tappa fit-toroq fil-qalba ta’ Pariġi, Tadej Pogacar għandu vantaġġ ta’ ħames minuti u 20 sekonda fuq Vingegaard u vantaġġ ta’ seba’ minuti u tliet sekondi fuq Richard Carapaz.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.