Ċikliżmu
Ċikliżmu: Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni tat-Tour de France li jmiss

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France.

L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers.

L-isem ittieħed minn mudell ta’ karozza ġdida li ħoloq il-biljunarju ta’ Ineos, is-sid Sir Jim Ratcliffe.

Ftit tal-ġimgħat ilu, Ineos ħabru li ma kienux se jġeddu l-kuntratt taċ-champion Ingliż Chris Froome.

Team Ineos għad iridu jħabru l-iskwadra tagħhom li se tkun qed issuq fit-Tour de France li jibda fid-29 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport