Ċikliżmu
Ċikliżmu, Tour De France: Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Daryl Impey jirbaħ id-disa’ stadju

Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Daryl Impey rebaħ l-istadju tal-lum tar-Tour De France li telaq minn St Etienne.

Iċ-ċiklist ta’ Mitchelton Scott, li fl-2013 għamel ftit jiem bil-flokk l-isfar, għadda lill-Belġjan Tiesj Benoot fi sprint finali bejn tnejn wara li kien ħadu vantaġġ mill-kumplament taċ-ċiklisti.

Is-Sloven Jan Tratnik daħal fit-tielet post, 10 sekondi wara Julian Alaphilippe li żamm l-ewwel post tal-klassifika overall u l-flokk l-isfar.

It-tappa tal-lum kienet twila 170.5 kilometri.

L-10 stadju ta’ għada jkun twil 217.5 kilometri minn St Flour sa Alibi.

It-Tlieta tkun ġurnata ta’ mistrieħ għaċ-ċiklisti kollha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ-Ċikliżmu pparteċipa fit-12-il ċiklu ta’ ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill-Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali…

Ċikliżmu

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali se jibqa’ fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar…

Ċikliżmu

Jingħata l-aħħar tislima ċ-ċiklist Raymond Poulidor fil-funeral li sar f’Limoges, fiċ-ċentru ta’ Franza, il-belt fejn twieled u trabba. Poulidour jibqa’ msemmi bħala l-aktar ċiklist li dejjem kien viċin li jirbaħ…

Aktar