Ċikliżmu
Ċikliżmu, Tour De France: Peter Sagan jirbaħ il-ħames stadju

Is-Slovakk Peter Sagan rebaħ il-ħames stadju tat-Tour De France li llum telqet minn St Die des Vosges b’tul ta’ 175.5 kilometri.

It-tliet darbiet champion tad-dinja għeleb lill-Belġjan Wout van Aert u lit-Taljan Matteo Trentin fl-isprint finali.

Il-Franċiż Julian Alaphilippe, iċ-ċiklist ta’ Quick Step, baqa’ jżomm l-ewwel post fil-klassifika overall u l-flokk l-isfar.

Is-sitt stadju ta’ għada jitlaq minn Mulhouse u jintemm f’La Planche des Belles Filles u jkollu tul ta’ 160.5 kilometri.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Brittaniku Simon Yates rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 210 kilometri fil-Pirinej. L-istadju li beda minn Toulouse, ta togħma liċ-ċiklisti ta’ xi jfissru l-muntanji Pirinej. Minħabba li…

Ċikliżmu

L-Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11-il stadju tat-Tour de France meta fuq distanza ta’ 167 kilometru daħal l-ewwel quddiem Dylan Groenewegen. Ewna rebaħ bi ftit ċentimetri fuq Groenewegen bit-Taljan Elia Viviani…

Ċikliżmu

Iċ-champion renjanti tat-Tour de France Geraint Thomas kellu 10 stadju mill-aqwa meta rnexxielu jiggwadanja ħafna ħin fuq il-kompetituri tiegħu wara li r-riħ kellu sehem importanti fuq ir-riżultat finali ta’ dan…

Aktar