Ċikliżmu
Ċikliżmu: Tour ta’ Malta 2019 it-tieni ġurnata, Marie Claire Aquilina żżomm l-ewwel post overall fil-kategorija tan-Nisa

Ċikliżmu: Marie Claire Aquilina żammet l-ewwel post overall fil-kategorija tan-Nisa fl-edizzjoni ta’ dis-sena ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta minkejja li daħlet biss ir-raba’ fit-tieni tappa llum.

It-tellieqa tan-nisa ntrebħet minn Madeleine Scott, segwita minn Sian Bottomley u Gabriela Nordin.

L-uniku Malti fuq il-podium illum wara r-road race fuq il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar kien Luke Borg li reġa’ daħal l-ewwel fil-katergorija Juniors, quddiem Sean Enriquez u Max Zammit.

Il-kategorija Elite bi tnax-il lap għal total ta’ 83 kilometru ntrebħet minn Matthew Dobbing: bi sħabu tal-istess team Harry Horsman u Josh Copely jaqsmu l-finish sekondi warajh.

Daryl Maffey rebaħ il-kategorija Masters, b’Etienne Bonello l-aħjar Malti fir-raba’ post. It-tielet tappa tat-tour issir għada filgħodu fuq il-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Fit-12-il stadju, kien it-Taljan Cesare Benedetti li ħareġ rebbieħ u b’hekk ħa l-ewwel rebħa fil-Giro fil-karriera tiegħu. Din kienet l-ewwel tellieqa tal-Giro d’Italia fl-Alpi fuq distanza ta’ 158 kilometru minn…

Ċikliżmu

Fil-11-il stadju tal-Giro d’Italia, l-Awstraljan Caleb Ewan kellu sprint mill-aqwa biex ħareġ rebbieħ quddiem il-Franċiż Arnaud Demare. L-Awstraljan t’24 sena rebaħ it-tieni stadju personali f’dan il-Giro, wara li kien rebaħ…

Ċikliżmu

Il-Franċiż Arnaud Demare rebaħ l-għaxar stadju tal-Giro d’Italia, l-ewwel rebħa f’din it-tellieqa fil-karriera tiegħu. Id-distanza kienet ta’ 145 kilometru minn Ravenna. It-Taljan Elia Viviani daħal fit-tieni post filwaqt li l-Awstraljan…

Ċikliżmu

Ċikliżmu fil-Giro D’Italia illum saret id-disa’ tappa li kienet individual time trial. L-aħjar ħin irreġistraħ Primoz Roglic li b’hekk rebaħ it-tieni tappa personali tal-Giro ta’ din is-sena li saret fuq…

Aktar