Ċikliżmu
Ċikliżmu: Tour ta’ Malta jingħata l-appoġġ ta’ The Cyclist

The Cyclist u l-organizzaturi tat-Tour ta’ Malta għadhom kemm ħabbru l-appoġġ li The Cyclist  ser jgħati lejn l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tour ta’ Malta.

Erbgħa u għoxrin sena mill-ewwel edizzjoni tat-Tour ta ‘Malta, jew it-Tour kif inhu magħruf maċ-ċiklisti Maltin,  dan l-avveniment qed jkompli jikber u jiġibed numru kbir ta’ ċiklisti internazzjonali.

It-Tour se jinqasam f’erba’stadji, u jibda b’Trial Time fuq it-Triq il-Kosta ta’ Baħar iċ-Ċaghaq nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu. L-istadji l-oħra se jikkonsistu minn Mass Starts f’San Pawl il-Baħar, in-Nadur ,Għawdex u ċ-ċirkwit diffiċli ta’ San Martin.

Aktar minn ħamsin ċiklisti barranin s’issa rreġistraw, filwaqt li mix-xena lokali l-organizzaturi qed jistennew li jaraw lil-Marie Claire Aquilina (Team Greens), rebbieħa femminili tal-aħħar żewġ edizzjonijiet, biex tipprova tirbaħ it-tielet rebħa konsekuttiva. Huwa mistenni li ċiklisti rġiel bħal Maurice Formosa (The Cyclist), Christian Formosa (The Cyclist) u Etienne Bonello (Team Greens) ikunu qedin jieħdu sehem ukoll.

“It-Tour ta ‘Malta huwa l-qofol tal-avvenimenti taċ-ċikliżmu f’Malta – dejjem jattira l-attenzjoni kemm miċ-ċiklisti kif ukoll mid-dilettanti taċ-ċikliżmu li sena wara sena jsegwu t-tellieqa mill-viċin,” spjega Jack Schiavone, Direttur Maniġerjali, The Cyclist. “Huwa ta’ pjaċir li nagħtu l-appoġġ tagħna lejn dan l-avveniment u nistennew bil-ħerqa naraw ċikliżmu ta’ livell għoli f’Malta,  f’Marzu”.

Schiavone huwa wiċċ familjari fiċ-ċirkwit taċ-ċikliżmu Malti. Huwa rrapreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjizi  ż-Żgħar tal-Ewropa, il-Logħob tal-Meditterran u dawk tal-Commonwealth u huwa wieħed mill-ftit ċiklisti Maltin li akkwistaw il-jersey tat-Tour ta’Malta.  Schiavone rebaħ l-avvenimenti tat-Time Trial fl-2004 u fl-2005.

“Kieku ma jkunx l-appoġġ ta’ kumpaniji bħal The Cyclist, ikun impossibli għall-attiviitajiet bħat- Tour ta ‘Malta li jseħħu b’mod ta’ kwalita kif ikunu qedin jistennew iċ-ċiklisti li jieħdu sehem. Nirringrazzjaw lill-The Cyclist għall-appoġġ li wera matul is-snin “John Zammit, President, Malta Cycling Federation.

L-24 edizzjoni tat-Tour ta’Malta se ssir bejn it-22 u l-25 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Jinfetaħ l-istaġun taċ-ċikliżmu f’pajjiżna bl-Agones Sfc’s Safi Criterium. F’din it-tellieqa, iċ-ċiklisti jridu jagħmlu sprint kull tliet laps sabiex jiggwadanjaw il-punti, u b’hekk kull ċiklist ikun jista’ jara fejn qiegħed fl-istat…

Ċikliżmu

It-Trustmoore Cross Country National Points Series ingħatat bidu fil-Miżieb f’tellieqa miżgħuda b’problemi tekniċi li rriżultaw f’numru ta’ċiklisti jirtiraw. Maurice Formosa (The Cyclist), iċ-ċampjin tal-istaġun 2018, kien kważi ssiġilla l-ewwel rebħa…

Ċikliżmu

It-Taljan Elia Viviani rebaħ l-ewwel stadju li saret f’Port Adelaide bi sprint finali qawwija. Iċ-ċiklist ta’ Quick Step spiċċa tul ta’ żewġ roti quddiem il-Ġermaniż Max Walscheid u t-Taljan l-ieħor…

Ċikliżmu

Carl Grove, li f’Lulju li għadda sar Champion tad-Dinja taċ-ċikliżmu tal-kategorija bejn id-90 u l-94 sena, tneżża mit-titlu tiegħu u r-rekord mondjali li għamel, wara li nstab pożittiv għall-sustanzi projbiti…

Aktar