Ċikliżmu
Ċikliżmu: William Hili u Marie Claire Aquilina jirbħu t-tieni gurnata tat-Time Trial tal-2018

F’temp sajfi tal-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2018 kompla l-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu bit-tieni ġurnata fil-By-pass ta’ Mtarfa fejn William Hili u Marie Claire Aquilina rebħu l-kategoriji prinċipali.

Il-kategorija Elite kienet mirbuħa minn William Hili tal-Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa it-tmien dawriet tiegħu fuq distanza ta’ 20.8 KM fi 31:44.59. Warajh spiċċaw rispettivament Etienne Bonello tat-Team Greens f’ħin ta’ 31:48.15 u Alexander Pettett ta’ Pro Action – CT Volata f’31:50.35.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb’oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet it-tmien dawriet tagħha f’ħin ta’ 34:28.61. Din il-kategorija rat suċċess komplet mit-Team Greens meta Michelle Vella Wood spiċċat fit-tieni post f’ħin ta’ 37: 36.63 u seħbietha Danica Bonello Spiteri spiċċat fit-tielet post f’ħin ta’ 37:46.55.

Isaac Spiteri ta’ The Cyclist għal darb’oħra rebaħ il-kategorija tal-Juniors meta spiċċa it-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 35:49.79. It-tieni post daħal Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St. Joseph SC  f’ħin ta’ 39:45.34.

Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St. Joseph SC li temm it-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 33:14.20. Malcolm Cachia ta’ The Cyclist spiċċa fit-tieni post fit-33:52.04, filwaqt li Kelvin Goodwin ta’ Agones SFC daħal fit-tielet post f’ħin ta’ 35:05.14.

Fil-Masters 50+, Steve Mifsud tal-Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tmien dawriet tiegħu l-ewwel f’ħin ta’ 34:54.59, filwaqt li Joseph Micallef ta’ The Cyclist daħal fit-tieni post fit- 38:15.46.

Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-kategorija tal-Under-16 meta temm is-sitt dawriet tiegħu fuq distanza ta’ 15.6 KM f’ħin ta’ 28:43.11. Fit-tieni pożizzjoni spiċċa Mika Zammit ta’ Agones SFC fit-30:31.05. Michael Sean Darmanin ta’ Mosta Studio AF Sign Studio CC daħal fit-tielet post fit-30:34.29.

Il-kategorija Under-14 ġiet mirbuħa mill-ġdid minn Kristina Spiteri ta’ The Cyclists li għamlet l-erba’ dawriet tagħha f’20:37.99. Warajha spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti tal-Mosta AF Sign Studio CC, Bettina Falzon (23:59.79) u Valentina Soler (24:12.03).

Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC kompla jiddominaw il-kategorija tal-Under-14 meta temm l-erba dawriet għal distanza ta’ 10.4km fit-18:14.84. Tristan Aquilina u Luke Joseph Camilleri għamlu l-podium kollu tal-Mosti meta spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament f’20:26.22 u f’20:42.79.

Ir-rebbieħ tal-Kategorija ta’ taħt it-12 il-sena kien Miguel Galea tat-Team Greens li spiċċa d-dawra tiegħu għal distanza ta’ 2.6 km f’ħin ta’ 04:44.39. Isaac Bonnici ta’ Agones SFC daħal fit-tieni post f’05:05.43, filwaqt li Jonas Micallef tal-Mosta AF Sign Studio CC kien it-tielet f’05:26.59.

Wara t-tellieqa, ġew imqassma l-medalji lir-rebbieħa fid-diversi kategoriji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tgħid grazzi lil-parteċipanti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom u l-uffiċjali kollha tal-klabbs, il-membri u l-pubbliku ġenerali għall-attitudni u l-kollaborazzjoni sportivi tagħhom. Grazzi oħra jmorru wkoll għat-tim tal-ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll għall-Kunsill Lokali tal-Mtarfa, Transport Malta, Pulizija, Emergency First Response, timekeepers and marshals għas-servizzi u l-kooperazzjoni tagħhom.

It-tellieqa li jmiss hija skedata għall-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018 u se tkun it-tielet u l-aħħar Kampjonat tar-Road Race f’Tal-Maqluba, Qrendi-Żurrieq li jibda fis-7.30am.

Ir-rebbieħa kollha kienu dawn:

Elite

  1. William Hili – Mosta AF Sign Studio CC     31:44.59
  2. Etienne Bonello – Team Greens                   31:48.15
  3. Alexander Pettett – Pro Action – Volata CT                31:50.35

Ladies

  1. Marie Claire Aquilina – Team Greens                    34:28.61
  2. Michelle Vella Wood – Team Greens                    37:36.63
  3. Danica Bonello Spiteri      – Team Greens                   37:46.55

Juniors

  1. Isaac Spiteri – The Cyclist                       35:49.79
  2. Gianluca Camilleri – B’Kara St.Joseph SC          39:45.34

Age Group Categories

Masters 40+

  1. Ivan Zammit                – B’Kara St.Joseph SC          33:14.20
  2. Malcolm Cachia – The Cyclist                       33:52.04
  3. Kelvin Goodwin- Agones SFC                      35:05.14

Masters 50+

  1. Steve Mifsud- Mosta AF Sign Studio CC     34:54.59
  2. Joseph Micallef – The Cyclist                       38:15.46

Under 16 M

  1. Sean Enriquez – Mosta AF Sign Studio CC     28:43.11
  2. Mika Zammit- Agones SFC                      30:31.05
  3. Michael Sean Darmanin- Mosta AF Sign Studio CC     30:34.29

Under 14 F

  1. Kristina Spiteri- The Cyclist                       20:37.99
  2. Bettina Falzon – Mosta AF Sign Studio CC     23:59.79
  3. Valentina Soler- Mosta AF Sign Studio CC     24:12.03

Under 14 M

  1. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC     18:14.84
  2. Tristan Aquilina – Mosta AF Sign Studio CC     20:26.22
  3. Luke Joseph Camilleri- Mosta AF Sign Studio CC     20:42.79

Under 12 M

  1. Miguel Galea – Team Greens                    04:44.39
  2. Isaac Bonnici – Agones SFC                     05:05.43
  3. Jonas Micallef- Mosta AF Sign Studio CC     05:26.59
Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Simon Yates rebaħ it-titlu tal-Vuelta ta’ Spanja biex l-Ingilterra għaqdet hat-trick ta’ rebbieħa mill-pajjiż tagħha fil-Grand Tours għall-2018. Yates, ta’ 26 sena, iddefenda l-vantaġġ ta’ minuta u 46 sekonda li…

Ċikliżmu

Iċ-champion Nazzjonali tal-Mountain Bike Maurice Formosa u ċ-ċiklist Patrick Scicluna taw prestazzjoni determinsnti fit-tielet edizzjoni tal-Etna Marathon Tour, tellieqa iebsa tal-mountain bike maqsuma fuq ħames stadji fit-terren iebes tal-Etna fi…

Ċikliżmu

Ben King tal-Istato Uniti rebaħ it-tieni tellieqa tiegħu fil-Vuelta ta’ Spanja fid-disa’ stadju tat-tellieqa filwaqt li l-Ingliż Simon Yates sar il-leader overall tal-klassifika li jfisser li bħalissa qed jilbes il-flokk…

Ċikliżmu

Uħud mill-aqwa mountain bikers Maltin se jieħdu sehem fil-Mount Etna Marathon Tour, tellieqa kkunsidrata bħala waħda mill-iktar iebsin fiċ-ċirkwit tal-Mountain bike, bejn l-4 u t-8 ta’ Settembru. L-Etna Marathon Tour…

Aktar