Motorsport
Citroen jirtiraw mill-World Rally Championship

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen iddeċidew li anke huma jirtiraw minħabba n-nuqqas ta’ sewwieq professjonali magħhom kif ukoll minħabba raġunijiet kummerċjali.

Huwa mistenni li t-Tnejn li ġej Sebastien Ogier jitħabbar bħala sewwieq ġdid tat-Toyota, wara li l-Estonjan Ott Tanak iddeċieda li jitlaq lill-istess Toyota wara li rebaħ ir-Rally din is-sena. Tanak ser jingħaqad mal-Hyundai għall-istaġun tas-sena d-dieħla.

L-irtirar tas-Citroen ħasad lil kulħadd fid-dinja tar-Rally għaliex bejn l-2004 u l-2012 rebħu disa’ unuri konsekuttivi permezz ta’ Loeb u Ogier, u fi tmien okkażjonijiet minnhom rebħu anke l-kampjonat tal-kostrutturi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Aktar