Futbol lokali
Claudio Marchisio f’Malta, żjara speċjali biex jiltaqa’ mal-partitarji

L-eks plejer ta’ Juventus Claudio Marchisio wasal f’Malta u beda b’sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u li għandhom ilaqqgħuh ma’ mijiet ta’ Juventini Maltin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bini tal-klabb, fil-Marsa, Claudio Marchisio esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din iż-żjara. Semma’ kif kien impressjonat bil-mod kif kien milqugħ f’Malta, saħansitra sa waqt li kien fuq l-ajruplan.

Hu tkellem dwar is-suċċessi tiegħu ma’ Juventus, fosthom seba’ edizzjonijiet tas-Serie A, tliet darbiet is-Supercoppa Italiana u erba’ trofej tal-Coppa Italia. Qal li l-ħajja tiegħu bħala Juventin, hu li hu prodott ta’ dan il-klabb, iffurmatu anke fil-ħajja.

Sfortunatament, fl-aħħar jiem Claudio Marchisio ħabbar li ritra wara sensiela ta’ injuries li fl-aħħar snin żammewh nieqes mill-azzjoni. Mistoqsi dwar għaliex ħa din id-deċiżjoni fl-eta’ ta’ 33 sena, hu qal li ħass li ma setax joffri iktar dak li kien jagħti fil-grawnd fl-aqwa tiegħu.

Min-naħa tiegħu l-President tal-klabb, Marlon Hili, iddikjara din iż-żjara bħala ħolma li qed issir realtà frott snin ta’ relazzjoni tajba u ħbiberija bejn membri tal-Kumitat tal-klabb u Claudio Marchisio.

Innota li din hi l-ewwel darba fis-snin riċenti li plejer ta’ din l-era ta’ Juventus ġie f’pajjiżna għal żjara organizzata minn klabb tas-sapporters lokali, biż-żjara tgħaqqad ukoll lill-klabbs l-oħra li wkoll kienu mistiedna għall-attivitajiet.

Claudio Marchisio mistenni jiltaqa’ ma’ iktar minn 350 persuna f’serata organizzata apposta li se ssir is-Sibt filgħaxija, f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant Spanjol David VIlla illum ħabbar li se jirtira mill-futbol professjonali hekk kif jintemm il-kampjonat Ġappuniż fejn qed jilgħab fil-preżent. David Villa hu l-aktar plejer li skurja gowls fl-Istorja tat-tim…

Futbol internazzjonali

It-tim nazzjonali tal-Ingilterra se jkun qed jikteb parti mill-Istorja tal-futbol meta fil-partita ta’ għada kontra l-Montenegro f’Wembley se jkun qed jilgħab l-1000 partita fl-Istorja. L-ewwel partita fl-Istorja tat-tim nazzjonali Ingliż…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti llum telaq lejn Spanja. Malta tilgħab id-disa’ partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020, il-Ġimgħa fl-istadium Ramón de Carranza, f’Cadiz. Il-partita tibda fid-8.45pm u tixxandar…

Futbol internazzjonali

Il-player ta’ Real Madrid Luka Modric ingħata l-unur taż-żarbun tad-deheb għas-sena 2019 waqt ċerimonja li saret il-bieraħ f’Monaco. Il-player Kroat qal li kien kburi li rċieva dan l-unur li ilu…

Aktar