Sport Lokali
Clayton Castaldi huwa ċ-champion nazzjonali tal-Eight Ball Pool

Clayton Castaldi huwa ċ-champion nazzjonali tal-Eight Ball Pool. Wara nuqqas twil fil-kompetizzjonijiet, Castaldi irritorna bil-kbir meta fil-finali tal-kampjonati organizzati mill-Malta Pool Association, għeleb lil Lydan Debono bi 8 frames għal 5.

Castaldi fetah vantaġġ tajjeb ta’ 7-1 però Debono baqa’ fil-logħba billi rebaħ l-erba’ frames ta’ wara għal 7-5. Fit-tlettax-il frame Debono kellu ċans ikompli jnaqqas id-distakk imma kien Castaldi li ħa l-frame biex kiseb it-titlu u l-premju ta’ 1,500 ewro.

Clayton Castaldi se jkun wieħed mill-players li jirrapreżentaw lil Malta fil-kampjonati Ewropej tal-Eightball Pool li se jsiru hawn Malta minn nhar il-Ħadd li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Kickboxing: Għada filgħaxija mistennija tittella’ l-erbgħa u għoxrin edizzjoni tal-Gladiators Fight Night fil-Montekristo Estates, fejn numru sostanzjali ta’ atleti Maltin ser ikunu qegħdin jiġġieldu ma diversi atleti barranini. F’dan l-avveniment…

Tennis

It-tennista Russa Maria Sharapova ħabbret permezz ta’ artiklu fuq il-magazine Vanity fair li se tkun qed tirtira mit-tennis kompettitiv Sharapova għandha 32 sena u fil-karriera tagħħa rebħet ħames Grand Slams….

Sport Lokali

L-Assoċjazzjonijiet Sportivi kollha, ilbieraħ filgħaxija, kellhom għalfejn joħorġu daħkana mis-sala fejn saret is-serata tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, hekk kif is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, f’indirizz tal-okkażjoni, żvela kif għat-tliet snin…

Aktar