International Sports
Cliff Diving: Rhiannan Iffland u Gary Hunt jerġgħu jiddominaw fir-Red Bull World Series

Rhiannan Iffland u Gary Hunt komplew bid-dominanza tagħhom fir-Red Bull Diving World Series b’aktar rebħ f’Downpatrick Head, fl-Irlanda.

Aussie Iffland kellha l-ewwel qabża perfetta bil-ħames judges li tawha 10 punti massimi.

B’din ir-rebħa, Iffland żiedet ir-rebħ tagħha fit-tappi tal-cliff diving għal 11 konsekuttivi.

Fil-kategorija tal-irġiel, il-Franċiż Hunt kellu battalja ikbar biex temm fl-ewwel post bl-ikbar sfida li waslet mir-Rumen, Costantin Popovoci.

Din kienet il-41 rebħa għal Gary Hunt fil-karriera tiegħu fil-cliff diving.

 

Miktub minn...
TVM Sport