Volleyball
Clifton Grima bi ftehim mal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Volleyball u l-Assoċjazzjoni Maltija biex il-programm Ewropew ‘Play Volleyball, Grow with it’, isir f’pajjiżna

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ffirma ftehim mal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Volleyball u l-Assoċjazzjoni Maltija biex il-programm Ewropew Play Volleyball, Grow with it, jibda jsir f’Malta.

Il-programm Play Volleyball, Grow with it huwa mmirat lejn tfal ta’ bejn is-6 u l-14-il sena u l-kunċett ewlieni tiegħu huwa li jgħaqqad lin-nies permezz tal-volleyball, jiffavorixxi l-iskambju ta’ valuri sportivi, jġib il-volleyball eqreb lejn il-komunitajiet u jagħti ċans lil kulħadd li jippratikah mingħajr il-bżonn regoli stretti.

Clifton Grima qal li l-intenzjoni ta’ dan il-programm hija li l-isport tal-volleyball jintuża bħala mezz biex jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali u tas-saħħa, jintroduċi numru ta’ tfal lejn il-volleyball, jagħtihom opportunità li jipprattikaw dan l-isport bħala stil ta’ ħajja u jinkoraġġixxi l-ispirtu tat-tim u l-fair play.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

L-isport lokali dalgħodu qam bl-aħbar ta’ niket għall-mewt ta’ Jonathan Chetcuti, plejer tal-voleyball ta’ Valletta Mapei. Chetcuti hu wkoll ex plejer nazzjonali ta’ Malta. Diversi kitbiet ta’ apprezzament iddominaw il-media…

Il-Finali tal-kampjonat tal-iskejjel tal-Volleyball tas-subien kif ukoll tal-bniet tal-ħdax-il sena, kienu organizzati lbieraħ, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dawn il-finali saru wara li f’Diċembru li għadda kienu organizzati l-logħob ta’ kwalifikazzjoni….

Il-Finali tal-kampjonat tal-iskejjel tal-Volleyball tas-subien kif ukoll tal-bniet tal-ħdax-il sena, kienu organizzati illum l-Erbgħa 15 ta’ Jannar, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dawn il-finali saru wara li f’Diċembru li għadda kienu…

Aktar