Local Sports
Clifton Grima jżur ix-xogħol fl-ispazju kreattiv f’Ta’ Qali li qed isir bl-għajnuna ta’ SportMalta

Waqt żjara tax-xogħlijiet fuq ir-rinovazzjoni tal-ispazju rikreattiv fl-inħawi ta’ Ta’ Qali, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, seta’ jara x-xogħol li għaddej biex dan l-ispazju jiġi rinovat għall-familji kollha.

Dan ir-rinovar sar bl-għajnuna ta’ SportMalta u l-investiment ilaħħaq il-€55,000.

Clifton Grima saħaq li b’dan l-investiment, bosta familji se jgawdu minn dan l-ispazju miftuħ li kien mitluq għal dawn l-aħħar snin.

Filwaqt li rringrazzja lil SportMalta tax-xogħol siewi li qed tagħmel, saħaq li din għaddejja bl-assessjar ta’ siti differenti madwar Malta u Għawdex.

Ic-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil saħaq li dan huwa investiment ieħor ta’ SportMalta li qed jippromwovi l-eżerċizzju fiżiku.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar saħaq li hija prijorità tal-Gvern u ta’ SportMalta li jkun hemm iżjed postijiet aċċessibbli għall-isport u l-attività fiżika.

Miktub minn...
TVM Sport