Local Sports
Clifton Grima u Robert Cutajar isellmu lill-ġurnalisti sportivi fil-jum iddedikat għalihom

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, Clifton Grima, isellem lill-ġurnalisti sportivi Maltin, illum 2 ta’ Lulju, fil-jum iddedikat għalihom.

Hu saħaq li l-ġurnalisti u preżentaturi sportivi għandhom rwol importanti ħafna fis-soċjetà Maltija, dak li jwasslu l-aħbarijiet u l-emozzjonijiet lis-semmiegħa, telespettaturi u qarreja li għandhom passjoni għall-isport.

F’għeluq il-50 sena tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, il-Gvern Malti jirrikonoxxi l-ħidma li wettqu matul is-snin il-ġurnalisti sportivi Maltin u jirringrazzjahom tal-passjoni li dejjem kellhom f’xogħolhom.

Grima qal li l-Gvern Malti kommess li jibqa’ jgħin lill-atleti u l-ġurnalisti sportivi lokali, biex jibqa’ jitjieb il-livell tal-isport f’pajjiżna, minn kull lat.

U l-kelliem tal-oppożizzjoni għall-isport Robert Cutajar, fil-jum dinji ddedikat lill-ġurnalisti tal-isport, f’isem il-Partit Nazzjonalista, sellem u rringrazzja lill-ġurnalisti li b’ħidmiethom iwasslu kuljum l-aħbarijiet sportivi.

Cutajar qal li fil-familja sportiva l-ġurnalisti għandhom funzjoni importanti u huwa obbligu ta’ kulħadd li r-rispett lejhom ma’ jonqos qatt.

Hu qal li mingħajr il-ġurnalisti l-aħbarijiet u riżultati sportivi ma jistgħux jitwasslu għand dawk li jsegwu u għandhom għal qalbhom l-isport.

Robert Cutajar qal li fil-pajjiż irridu nkomplu nxettlu aktar kultura sportiva billi nippromwovu ‘il quddiem il-valuri uniċi li jista’ joffri biss l-isport.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Virtual Sports

Keith Camilleri ta ‘V-Rig KC Racing Esports fuq karozza numru 44, spiċċa fit-2 post fil-Kampjonat Taljan F3 Esport li sar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Imola. Il-programm kien jikkonsisti…

Table Tennis

Aħbarijiet xokkanti mid-dinja ta’ dan l-isport hekk kif il-plejer Niġerjana Funke Oshonaike, li rrapreżentat lil pajjiżha fl-Olimpjadi għal sitt darbiet, żvelat li meta kienet għadha tifla, kienet tifla żgħira, qabel…

Local Sports

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi niedew Sejħa għall-Għotjiet ta’ Boroż ta’ Studju għall-2020 bl-intenzjoni li jkompli jitkabbar l-investiment fl-Atleti…

Aktar