Bocci
Clinton John Saliba jinħatar President tal-Federazzjoni Maltija tal-Klabbs tal-Boċċi

Ilbieraħ filgħaxija saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Klabbs tal-Boċċi. Il-Laqgħa saret fil-pitch ta’ Santa Luċija fejn matulha nħatar il-Kunsill tal-Federazzjoni.

Clinton John Saliba nħatar President u ser iservi fil-kariga għat-tliet snin li ġejjin, dan wara li l-President attwali Vanni Fabri neħħa n-nomina tiegħu.

Antoine Grech kien maħtu Segretarju tal-Federazzjoni filwaqt li Raymond Azzopardi nħatar Teżorier. Harold Galea, Demis Micallef, Alfred Pulis, John Borg, Stephen Buhagiar u Philip Gatt inħatru membri fil-Kunsill tal-Federazzjoni.

Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġie deċiż li ser isir il-kampjonat, b’16-il klabb favur u 12 kontra. Il-kampjonat ser isir fuq żewġ rawnds wara li ttieħdet deċiżjoni bejn il-klabbs, bi 18 favur u 6 kontra għax xtaqu li l-kampjonat ikun fuq rawnd wieħed.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA