Futbol lokali
Stħarriġ fost il-Clubs tal-Premier: Il-Maġġoranza favur li l-kampjonat jieqaf hawn

Hekk kif il-jiem li ġejjin huma kruċjali għall-possibilita’ li jinħareġ permess speċjali sabiex it-tims tal-Premier u dawk taċ-Challenge League jitħallew jibdew jitħarrġu, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-maġġoranza assoluta tal-Clubs tal-ogħla diviżjoni ma jixtiequx li jkomplu l-kampjonat ta’ dan l-istaġun 2020/21.

L-Avviż legali li jinsab fis-seħħ bħalissa jgħid li ma tistax issir attivita’ sportiva organizzata sal-11 ta’ April 2021.

TVM Sport ikkuntatja lis-16 -il Club tal-Premier u ħa l-pożizzjoni uffiċjali ta’ kull Club fejn b’dan l-eżerċizzzju issa huma magħrufa dawk it-tims li jixtiequ li l-kampjonat ikompli.

Jidher evidenti li t-tims li jinsabu fin-naħa ta’ isfel tal-klassifika b’riskju li jkunu relegati huma l-iktar tims li jixtiequ li l-kampjonat ikompli. Magħhom ħadu din il-pożizzjoni wkoll Valletta FC u Balzan FC li wkoll jixtiequ li l-kampjonat ikompli fejn semmew diversi argumenti favur it-tkomplija tal-istaġun.

Il-Clubs li esprimew ruħhom kontra li jitkompla l-kampjonat kollha semmew diversi fatturi ħafna mionnhom komuni għaliex ma jixtiequx li jkomplu fosthom:

– Problema finanzjarja ta’ introjtu inkluż pagi;
– Riskju ta’ aktar każi ta’ COVID-19 fost il-plejers bir-riskju li jkollhom joqgħodu kwarantina;
– Players barranin li jixtiequ jmorru lura pajjiżhom, f’Mejju u
– Konġestjoni ta’ fixtures fejn qed jibżgħu mill-fatt li l-plejers bi kważi erba’ ġimgħat wieqfa mhux se jifilħu għaxar logħbiet f’sitt ġimgħat.

Il-Pożizzjoni ta’ kull Club hija din bit-teams qedgħin fl-ordni li kienu jinsabu fil-klassifika hekk kif twaqqaf il-kampjonat wara l-Avviż legali tal-Gvern li projbixxa l-attivita’ sportiva organiżżata. (Fil-parenteżi l-uffiċjal ikkuntatjat)

 

1 Ħamrun S.
(Victor Cassar Council member) Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
2 Hibernians
(Ranier Bezzina President) Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
3 Gzira Utd.
(Sharlon Pace President)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
4 Birkirkara
(Michael Valencia Team Manager) Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
5 Sliema W.
(Tony Meli Viċi President)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
6 Mosta
(George Galea President)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
7 Valletta
(Alexander Fenech Viċi President) Jaqblu li l-kampjonat jitkompla
8 Santa Lucia
(Paul Sammut Council Member)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
9 Sirens
(Mark Borg Hedley President)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
10 Balzan
(David Melillo Viċi President) Jaqblu li l-kampjonat jitkompla
11 Gudja U.
(Duncan Borg Myatt President) Sa issa bla pożizzjoni uffiċjali iżda ma’ jaqbilx li jkompli jekk ma jkunx hemm deċiżjoni finali sal-11 ta’ April
12 Floriana
(Dione Borg Segretarju Ġenerali)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat. (Insista li jkun kowotat li dan mhiex kwistjoni li jridu l-Clubs jew l-MFA iżda fl-aħħar mill-aħħar se tkun l-Awtorita’ tas-Saħħa li se tiddeċidi)
13 Zejtun C.
(Joe Gauci President) Jaqblu li l-kampjonat jitkompla
14 Tarxien R.
(David Vella Team Manager)  Jaqblu li l-kampjonat jitkompla
15 Lija A.
(Peter Fenech President)  Jaqblu li l-kampjonat jitkompla
16 Senglea A.
(Richard Curmi Council member)  Ma jaqblux li jitkompla l-kampjonat
B’kollox hemm 10 Clubs kontra li jkompli l-kampjonat, 5 Clubs li huma favur li jitkompla u wieħed bla pożizzjoni għalissa.
Miktub minn...
TVM Sport
.