Ibburdjar
Comanche jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney Hobart

Mill-bieraħ bdiet it-tellieqa tant mistennija fl-ibburdjar minn Sydney sa Hobart. Din hija l-75 edizzjoni tas-Sydney Hobart, bil-Wild Oats XI għandu sfida diffiċli biex iżomm il-Line Honours wara li rebaħ dan l-unur għal disa’ darbiet. B’kollox qegħdin jieħdu sehem 157 jott, l-akbar ammont f’dawn l-aħħar 25 sena. Ir-rekord tal-Comanche tal-2017 hemm ċans kbir li jinkiser meta irjiħat qawwija kkaratterizaw il-bidu tat-tellieqa u sal-ewwel ftit sigħat kien hemm mal-għoxrin jott li kienu qegħdin jagħmlu ħin aħjar milli kien għamel il-Comanche sentejn ilu. Biss is-sitwazzjoni mistennija tinbidel mal-ħin għaliex ir-riħ mistenni jnaqqas u allura l-jotts jitilfu xi ftit mill-veloċità qawwija li għaddejjin biha.

Bħalissa fuq quddiem hemm il-Comanche li jinsab maqtugħ mhux ħażin mill-erbgħa ta’ warajh, Info Track, Black Jack, Wild Oats XI u SHK Scallywag100.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA